Futbol Sport

Rebħa importanti għal Nottingham Forest barra minn darhom għand Fenerbache

F’Istanbul rebħa importanti għal Nottingham Forest barra minn darhom għand Fenerbache meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0, fl-ewwel partita immexxija mill-kowċ il-ġdid Vitor Perreira, li nħatar wara li tkeċċa Sean Dyche. Huma fetħu l-iskor wara 21 minuta meta minn pass ta’ Elliot Anderson kien Murilli li xeħet fix-xibka għal 1-0. Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima kien Igor Jesus li fuq pass ta’ Morgan Gibbs White xeħet fix-xibka u rdoppja għat-tim Ingliż. Nottingham Forest għalqu l-partita fil-50 minuta meta din id-darba kien Jesus li sab lil Morgan Gibbs White li kkonkluda fix-xibka għal 3-0.

Rebħa minima għal Bologna barra minn darhom kontra Brann bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat wara disa’ minuti meta Nicolo Cambiaghi sab lil Santiago Castro li ra l-konklużjoni tiegħu tispiċċa fix-xibka għal 1-0.

Riżultati UEL: Brann v Bologna 0-1, D.Zagreb v Genk 1-3, Fenerbache v Nott.F. 0-3, PAOK v C.Vigo 1-2, Celtic v Stuttgart 1-4, Lille v C.Zvezda 0-1, Ludogorets R.v Ferencvaros 2-1, Panathinaikos v V.Plzen 2-2

Riżultati UCL: FC Noah v AZ Alkmar 1-0, KuPS v Lech Poznan 0-2, S.Olomouc v Lausanne 1-1, Z.Mostar v C’Palace 1-1, Drita v NK Celje 2-3, J.Bialystok v Fiorentina 0-3, K.Shkendija v Samsunspor 0-1, O.Nicosia v Rijeka 0-1