Sewwieq ta’ mutur li għandu 32 sena u li jgħix San Ġwann indarab gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza tal-għamla Hyundai misjuqa minn Libjan ta’ 40 sena residenti Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 tal-Erbgħa filgħaxija, fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

