Lokali

Żvelat ritratt tal-pantera li dehret Bormla

Il-programm Vuċi għall-Annimali żvela ritratt tal-pantera li allegatament dehret Bormla.

L-attivisti qed jitolbu għall-investigazzjoni mill-EPU, konfiska, u testijiet tad-DNA ta’ din il-pantera sabiex jiġi stabbilit min fejn ġiet.

Vuċi għall-Annimali qed jindikaw li din il-pantera għadnha bejn erba’ u sitt xhur biss.

Intant, il-Pulizija llum ikkonfermaw li rċievew rapport li intlemaħ annimal kbir simili ta’ Jaguar jew pantera lejn Bormla.

Persuna li tkellem ma’ Net News spjega li kien hemm annimal li qabeż minn fuq bejt ta’ residenza għal galarija u eventwalment għat-triq.