Kunsilli Lokali Lokali

92 talba mill-Kunsilli wara l-maltempata Harry

24 kunsill lokali ssottomettew 92 talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet wara l-maltempata Harry.

Dawn it-talbiet ivarjaw minn ħsarat f’numru ta’ ħitan tas-sejjieħ, għal tindif estensiv sa xogħlijiet strutturali.

Bħalissa d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jevalwa t-talbiet li daħlu mill-kunsilli lokali wara l-maltempata. Sadattant id-Dipartiment diġà beda jagħmel xogħlijiet u interventi f’dawn l-24 lokalità kull fejn kien hemm periklu jew nuqqas ta’ aċċessibbiltà għall-pubbliku.