97% tal-meters tal-ilma f’pajjiżna jinqraw b’mod awtomatiku permezz ta’ apparat li jitwaħħal mal-istess meter tal-ilma.
Dan kien ikkonfermat fil-Parlament minn Miriam Dalli, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonlista Rebekah Borg li staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; tgħid x’persentaġġ tal-arloġġi tal-ilma f’Malta u Għawdex huma smart meters.
Il-Ministru qalet ukoll għal mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonlista Rebekah Borg, li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinduna f’każ li l-apparat li jitwaħħal mal-meter tal-ilma jieqaf jittrasmetti jew ikun hemm nuqqas ta’ konsum reġistrat
//= $special ?>

