Skont il-Kap. 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku b’informazzjoni li rċeviet mis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF).Il-prodott m’għandux jintuża minħabba migrazzjoni ta’ ‘volatile organic compounds’.
‘Volatile organic compounds’ jiġu emessi bħala gassijiet minn kimiċi li bihom jiġu manifatturati prodotti li jintużaw ta’ kuljum fid-dar, bħal żebgħa, kolla, eċċ., u li jistgħu jkunu ta’ ħsara, speċjalment meta l-bniedem ikun espost għalihom fit-tul.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Forma għall-ħami (Baking Mould) |
| Barcode: | 200030590162 |
| Lott: | 287587 |
| Oriġini: | Iċ-Ċina |
Il-konsumatur m’għandux juża dan il-prodott.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:30 a.m. u s-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
//= $special ?>

