Lokali

Ċiklist jittieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’readymix f’Birkirkara

Ċiklist ta’ 37 sena residenti l-Imsida kellu jittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident f’Birkirkara.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta ta’ 12:00 fi Triq il-Wied, f’Birkirkara.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-Kolumbjan għal xi raġuni baqa’ dieħel f’readymix li kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti dan filwaqt li ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Għaldaqstant, il-kundizzjoni taċ-ċiklist għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.