Sport

Deheb għan-Norveġja fil-Cross Country

Fil-finali tal-Cross Country tal-Olimpijad tax-Xitwa, Nordic Combined, suċċess u midalja tad-deheb għan-Norveġja li temmet f’41 minuta 18.0 sekondi li kien biss .5 ta’ sekonda aħjar mill-Finlandja b’ 41 minuta 18.5 sekondi.

Fit-tielet post u midalja tal-bronż għall-Awstrija b’41 minuta 40.3 sekondi.

Fil-postijiet ta’ wara fost l-14-il tim fil-finali temmew l-Italja, il-Ġermanja u l-Ġappun.

Fil-finali tal-iSki Mountaineering – Sprint tal-irġiel – midalja tad-deheb għal Orion Cardona Coll ta’ Spanja li temm f’żewġ minuti 34.3 sekondi qabel l-atleta newtrali Nikita Filipov li sar l-ewwel mill-grupp ta’ atleti newtrali li rebaħ midalja f’dawn l-Olimpijadi. Filipov temm f’2 minuti 35.55 sekonda. Fit-tielet post u midalja tal-bronż għal Thibault Anselmet ta’ Franza b’ 2 minuti 36 . 34 sekonda.

Fil-finali tal-iSki Mountaineering – Sprint tan-nisa – fi Stelvio Ski Centre f’Bormio – suċċess għal Marianne Fatton tal-Iżvizzera li ddominat f’2 minuti 58.77 sekondi b’distakk notevoli fuq Emily Harrop ta’ Franza li temmet fi 3 minuti 02.15 sekondi filwaqt li fit-tielet post temmet Ana Alonso Rodriguez ta’ Spanja bi 3 minuti 10.22 sekondi.