GREE Żurrieq Wolves Hotsticks baqgħu fit-taqtigħa għar-rebħ tal-Kampjonat Nazzjonali wara rebħa kbira ta’ 10 – 0 kontra White Hart.
Zurrieq kienu diġà fetħu vantaġġ ta’ 4-0 sa tmiem it-tieni quarter u baqgħu jamministraw il-logħba filwaqt li skorjaw sitt gowls oħra.
Christ Agius kien protagonista meta skorja ħames gowls għal Żurrieq filwaqt li Alessandro Amore skorja tloet gowls, Xylon Cassar u Stefano Schembri skorjaw gowl kull wieħed.
Umpires kienu Karl Chircop u John Williams.
Marsaskala Heat rebħu l-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena wara li għelbu lil Qormi Daikin 2-1.
Xylon Cassar u Kyron Carabott skorjaw il-gowls għall-Marsascala filwaqt li Giorgio Muscat skorja l-uniku gowl għal Qormi.
Umpires kienu James Mizzi u Karl Chircop.
Marsaskala Heat komplew bis-serje pożittiva saħansitra fil- livell ta’ taħt it-12-il sena meta għelbu lil Floriana Young Stars 2-0 b’gowls minn Danzel Gerada u Jan Agius.
Umpires kienu Oscar Toledano u Shane Lovett.
//= $special ?>

