Internazzjonali

Il-futur ta’ Gaża diskuss fil-laqgħa inawgurali tal-Bord tal-Paċi ta’ Trump

Il-laqgħa inawgurali tal-Bord tal-Paċi tal-President Amerikan Donald Trump seħħet nhar il-Ġimgħa fil-belt kapitali Amerikana Washington DC.

Skont s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Marco Rubio, l-Bord ġie stabbilit bil-għan li jsolvi l-problemi f’Gaża li ma setgħux jiġu solvuti min-Nazzjonijiet Uniti.

Fost il-parteċipanti fil-laqgħa kien hemm Iżrael, il-Pakistan, l-Indoneżja, l-Arabja Sawdija, t-Turkija, l-Emirati Arab Magħquda, u tlett stati membri tal-Unjoni Ewropea – l-Ungerija, ir-Rumanija, u l-Bulgarija.

Kien hemm ukoll rappreżentanti ta’ gvernijiet oħrajn li attendew bħala osservaturi u mhux bħala parteċipanti permanenti. Dawn l-osservaturi jinkludu l-Ġappun, r-Renju Unit u tnax il-stat membru tal-UE – inkluż il-Ġermanja u l-Italja.

Osservatriċi li ntlaqtet bi kritika minn bosta Ewropej inkluż il-President Franċiż Emmanuel Macron kienet il-Kummissarju Ewropea għall-Mediterran Dubravka Šuica – minħabba li l-attendenza tagħha tista’ tkun interpretata bħala appoġġ Ewropew għas-sostituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Bord tal-Paċi.

Fid-diskors tiegħu fil-laqgħa inawgurali tal-Bord, il-President Trump sostna li l-Bord mhuwiex se jissostitwixxi n-Nazzjonijiet Uniti iżda li l-Bord se jkun qed jaħdem mill-qrib mal-UN u li l-Bord se jkun qed jiskrutinja x-xogħol tal-UN. Skont hu, jekk in-Nazzjonijiet Uniti jiġi fi bżonn, l-Istati Uniti se tkun hemm biex tgħin finanzjarjament.

F’Jannar, Nickolay Mladenov, – diplomat Bulgaru li kien il-koordinatur tan-Nazzjonijiet Uniti għall-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani – ġie appuntat il-High Representative għal Gaża fi ħdan il-Bord tal-Paċi. Fil-laqgħa Mladenov ħabbar li f’koordinazzjoni ma’ uffiċjali Iżraeljani u Palestinjani mill-Awtorità Palestinjana l-Bord tal-Paċi beda r-recruitment ta’ forza tal-pulizija transizzjonali ġdida għal Gaża.

Il-Bord tal-Paċi stabilixxa forza ġdida b’isem ta’ l-Forza Internazzjonali għall-Istabilizzazzjoni biex tistabbilizza l-Gaża. L-Indoneżja, l-Marokk, l-Każakstan, Kosovo u l-Albanija se jkunu qed jibgħatu truppi biex iservu din il-forza, filwaqt li l-Eġittu u l-Ġordan se jkunu qed jipprovdu taħriġ lill-pulizija transizzjonali.