Il-Gvern mhux qed jikkunsidra l-prezz li qed iħallsu l-ommijiet u l-missirijiet, l-anzjani, iż-żgħażagħ f’telf ta’ ħin fit-traffiku u f’telf ta’ ħin minn mal-familja sabiex jirnexxielhom ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.
Kien dan il-messaġġ li wassal ix-Shadow Minister Jerome Caruana Cilia meta ħa sehem fi programm fuq il-PBS mal-Ministru Silvio Schembri, fejn kienu diskussi numru ta’ temi – fosthom il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna u l-4-day-week.
Jerome Caruana Cilia spjega kif kien propju l-IMF li kkonferma li l-mudell ekonomiku ta’ Malta mhux sostennibbli.
Fejn fisser li l-Partit Nazzjonalista jrid mudell ekonomiku li jsarraf fi kwalità, f’ġid li huwa maqsum b’mod ugwali bejn kulħadd u li jwassal sabiex il-familji jaħdmu biex jgħixu u mhux jgħixu biex jaħdmu.
Minn naħa tiegħu l-Ministru Silvio Schembri nħeba wara attakki partiġġjani. Fejn saħanistra kkonferma li fl-2013, il-Partit Laburista ffoka fuq ekonomija ibbażata biss fuq in-numri.
Id-deputat Nazzjonalista pjega li minkejja li n-numri huma importanti huwa aktar importanti li pajjiżna jiffoka fuq il-kwalità u mhux fuq il-kwantità – li qed twassal għal traffiku eċċessiv, u anke tniġġis tal-ambjent fost l-oħrajn.
Dwar il-4 day week Caruana Cilia spjega li d-dibattitu għandu jkun dwar studju serju u speċifiku għal Malta li fost oħrajn tkun studjata il-kwalità tal-ħajja u l-produttività.
U kif qal il-Kap tal-PN Alex Borg, isir pilot project sabiex ikunu evalwati l-effetti ta’ din il-bidla.
//= $special ?>
