Lokali Parlament

Imqassma 1,087kg ta’ kannabis u mkabbra 21,372 pjanta

Bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025 ġew imqassma 1,087kg ta’ kannabis u ġew imkabbra 21,372 pjanta mill-Cannabis Harm Reduction Associations. Minn dawn, ġew distrutti b’mod responsabbli u sigur 5,749 kg materjal użat għat-tkabbir u materjal tal-pjanta li ma għandux użu fil-konsum tal-kannabis.

Dan jirriżulta minn dak li qal il-Prim Ministru fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista David Agius li staqsa lill-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew jagħti dettalji tat-total ta’ pjanti tal-kannabis li ġew ikkultivati mill-Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025 u jgħid ukoll kemm-il kilogramma ġiet imqassma lill-membri u kemm minnha intremiet.