Internazzjonali

Imut l-attur ta’ Grey’s Anatomy Eric Dane fl-età ta’ 53 sena

Eric Dane, attur Amerikan magħruf l-aktar għall-irwoli tiegħu f’Grey’s Anatomy u Euphoria, miet fl-età ta’ 53 sena – dan wara sena ta’ battalja kontinwa mal-marda tal-ALS.

Magħruf bħala Cal Jacobs fis-serje Euphoria, u qabel, kien l-iktar magħruf bħala Dr Mark Sloan, jew ‘McSteamy’, fis-serje Amerikana Grey’s Anatomy.

L-attur twieled fl-Istat Amerikan ta’ California u kien ilu bil-marda tal-ALS għal kważi sena – Hu qatta’ l-aħħar xhur iqajjem kuxjenza dwar l-aktar forma komuni ta’ din il-marda neuroloġika – fost għaqdiet volontarji li ġew megħjuna minnu tul dan il-perjodu diffiċli.

Eric Dane kien miżżewweġ mal-attriċi u mudella Rebecca Gayheart, u flimkien kellhom żewġ ulied – bi stqarrija mill-familja tgħid li huwa qatta’ l-aħħar ijiem ta’ ħajtu mdawwar bil-ħbieb, l-mara u t-tfal tiegħu Billie u Georgia.