Ir-raġel tal-Ministru Lori Chavez-DeRemer – li tippresjedi l-Ministeru għall-Impjieg fi ħdan il-Gvern Amerikan – ġie projbit li jidħol fil-Ministeru wara li qed jiffaċja akkużi minn żewġ impjegati tal-Ministeru li ffastidjhom b’mod sesswali.
Fl-24 ta’ Jannar il-pulizija tal-belt kapitali Washington DC irċevew rapport li f’Diċembru Shawn DeRemer – ir-raġel tal-Ministru – mess impjegata b’mod sesswali kontra r-rieda tagħha. L-akkuża mill-impjegata l-oħra kienet pprovduta lill-gazzetti Amerikani minflok lill-pulizija.
Intant, membru tat-tim tas-sigurtà tal-Ministru tneħħa minn postu wara akkuża li hu kellu relazzjoni romantika mall-Ministru… akkuża li hi ċaħdet.
L-Ispettur-Ġenerali tal-Ministeru qiegħed jinvestiga akkużi fil-konfront tal-Ministru li hi xorbot waqt xogħolha u li ppjanat il-vjaġġi uffiċjali tagħha biex tiffaċilita l-vjaġġi personali tagħha.
Fil-konfront tal-akkużi kontra l-Ministru l-Gvern Amerikan ċaħad kull akkuża u fil-konfront tal-akkużi kontra r-raġel tal-Ministru l-Gvern ma kkummentax.
Ir-raġel ta’ Ministru Amerikana ġie projbit li jidħol fil-Ministeru tagħha minħabba akkużi li hu iffastidja żewġ impjegati


