Lokali

It-tmexxija tal-Ħabs u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta mhux jaqblu dwar uffiċjali part-time fil-ħabs

Il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta mhux qed iħalli lis-Suldati jkunu ta’ għajnuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Kien proprju sena ilu meta l-Ministeru fetaħ sejħa sabiex membri minn korpi differenti jassistu lill-uffiċjali tal-ħabs bħala part-time reserve correctional officers.

Iżda sorsi li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw li minkejja li t-tmexxija tal-ħabs taqbel li membri minn korpi differenti jkunu ta’ għajnuna fuq bażi part-time fil-ħabs, il-Brigadier qed joġġezzjona li jsir dan.

Partikolarment dwar il-fatt li membri tal-Forzi Armati ma għandhomx jaħdmu taħt żewġ uniformijiet; dan anke minħabba l-fatt li min jixtieq jidħol f’korp ieħor normalment ikun meħtieġ jirreżenja minn dak preċedenti.

It-tħassib tal-Brigadier dwar il-fatt li membri tal-Forzi Armati ma għandhomx jaħdmu taħt żewġ uniformijiet ġiet ikkonfermata minn numru ta’ Avukati li spjegaw li huwa minnu li l-korpi ma jistgħux jagħmlu xogħol ieħor sakemm qegħdin f’forza.