Għall-ħabta tas-1:00 tal-Ġimgħa waranofsinhar ittella’ katavru mill-baħar f’Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa.
Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport, marret fil-post fejn instab katavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex jittella l-kadavru.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li waqt l-operazzjoni sabiex jittella’ dan il-katavru sabu numru ta’ diffikultajiet kaġun tal-kundizzjonijiet tat-temp.
Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li appuntat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Intant, dan huwa t-tieni katavru li ttella mill-baħar din il-ġimgħa.
//= $special ?>

