Net News ilu ġimgħat jiżvela kif diversi operazzjonijiet qed jitħassru kemm fl-Isptar Ġenerali ta’ Malta kif ukoll fi sptarijiet privati, hekk kif is-settur tas-saħħa mhux prijorità għal dan il-Gvern.
Din is-sitwazzjoni tista’ tiżvela wkoll li sal-lum stess operazzjoni ġiet ikkanċellata hekk kif l-isptar ma kellux strumenti attrezzati għal dik l-operazzjoni. Din il-persuna kienet skedata biex tagħmel l-operazzjoni tal-borża tal-pipi.
Sors li tkellem ma’ Net News spjega li din il-persuna kienet ilha sawma mis-siegħa tan-nofsillejl qabel l-operazzjoni.
//= $special ?>

