Sport

Kampjonat tal-Karting dominat mit-temp

Fit- trakka La Reve f’Ħal Far, tkompla l-kampjonat tal-Karting organizzat mill-Island Karting Club. Il-kundizzjoni ta’ temp dominat minn riħ u xita ftit li xejn m’għen lill-kompetituri.

Minkejja dan, ebda minn 48 sewwieq imqassma f’ħames kategoriji ma qata’ qalbu fejn fil-Kategorija X30 Junior fil-provi ta’ kwalifiċi, intrebħet minn Jamie Vassallo. Fil-finali Sebestian Grima ħareġ rebbieħ segwit minn Jamie Vassallo, Matteo Bartolo u Kimaya Mifsud.

Fil-Kategorija OKN-J fil-provi tal-kwalifika ntrebħet minn Zach Scicluna fejn l-istess Zach Scicluna temm il-finali fl-ewwel post segwit minn Dario Mifsud, Ayrton Jon Tonna u Eli Xuereb.

Fil-Klassi GR3 Kimi Bugeja rebaħ il-provi tal-kwalifika filwaqt li l-finali ntrebħet minn Julian Wayne Vella qabel Cody Darmanin, Jake Jordan Micallef, Kimi Bugeja, Gabriel Borg, Zven Farrugia, Andrei Fenech, Zayn Gauci, Elias Xuereb,Lydon Fenech, Yan Camilleri, Gigi Muscat, Matthias Abela, Zara Vella Gauci u Luca Camilleri.

Fl- X30 Senior Jake Chetcuti rebaħ il-provi tal-kwalifika filwaqt li l-finali ntrebħet minn Kyle Micallef warajh temmew Benji Borg Irima, Mark Borg, Timothy Zarb, Jake Chetcuti u Nicky Gauci.

Jack Bugeja rebaħ il-provi tal-kwalifika fil-kategorija Rotax Max. Il-finali ntrebħet minn Kane Mallia, warajh Luca Tanti, Eman Muscat, Daniel Gauci Mizzi, Glenn Vassallo, Jack Bugeja, Johannes Camilleri, Alessandro Vella, Zack Briffa, Skye Camilleri, Raisa Psaila, Sandro Bugeja, Clayton Mizzi u Joelle Desira.

Il-ħames round tal-kampjonat ser issir fil-15 ta’ Marzu f’La Reve, f’Ħal Far.