Internazzjonali

L-Eks Prinċep Andrew jinħeles mill-Pulizija wara kważi 12-il siegħa arrestat… jibqa’ taħt investigazzjoni

L-Eks Prinċep Andrew jidher ħiereġ f’vettura wara li nħeles mill-Puliżija… tkompli l-investigazzjoni fuq suspetti ta’ tixrid ta’ informazzjoni sensittiva lill-pedofelu Jeffery Esptein.

Andrew Mountbatten-Windsor ġie rilaxxat mill-Pulizija Ingliża l-Ħamis filgħaxija. Dan wara li ħu r-Re Charles tar-Renju Unit, ġie arrestat fuq suspetti ta’ mġiba ħażina f’kariga pubblika.

Infatti, immedjatament mal-ħelsien tiegħu, ittieħed ritratt tal-eks prinċep – mindud fuq wara ta’ vettura ħierġa mill-kwartieri tal-Pulizija.

Liema ritratt qajjem wkoll bosta reazzjonijiet… partikolarment għall-mod kif kien qiegħed jidher l-Eks Prinċep wara li qatta’ kważi 12-il siegħa arrestat. 

Andrew – li fl-aħħar jiem kien itteħidlu t-titlu ta’ prinċep – kien arrestat mill-Pulizija ta’ Thames Valley, u wara li ġie rilaxxat, il-Pulizija kkonfermaw li t-tfittxijiet li wettqu fis-Sandringham Estate f’Norfolk – li hi residenza privata tal-familja rjali, ġew fi tmiemhom. L-istess post fejn proprju ġie arrestat il-Ħamis filgħodu. 

Fl-istqarrija l-Pulizija saħqu wkoll li l-investigazzjonijiet rigward dan il-każ għadhom għaddejjin – dan b’rabta ma allegat tixrid ta’ informazzjoni sensittiva minn l-eks prinċep lil Jeffery Esptein.