Sport

L-MPC tressaq Protest Ġudizzjarju u tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-futur ta’ dan l-isport f’Malta

RITRATT: FACEBOOK

Il-Malta Polo Club (MPC), li llu mwaqqaf mill-1868, ressaq Protest Ġudizzjarju quddiem l-ewwel kamra tal-Qorti Ċivili kontra Marsa Race Track Limited u awtoritajiet Governattivi.

L-MPC qed takkusa lill-konċessjonarju li ripetutament falla milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, u b’hekk qed ipoġġi f’riskju sport li ilu parti mill-wirt Malti għal aktar minn 150 sena.

Il-protest isemmi dewmien kbir fil-proġett ta’ riżvilupp, inkluż il-Polo Pitch u t-trakka prinċipali li għadhom mhux lesti, u li oriġinarjament, skont l-istqarrija maħruġa mill-MPC, kellhom jitlestew sa Ottubru 2025.

L-MPC jenfasizza wkoll in-nuqqas ta’ ppjanar dwar is-sistema ta’ irrigazzjoni, id-dwal u t-trasferiment legali tal-propjeta, kif ukoll in-nuqqas ta’ ftehim formali mal-iżviluppatur.

Bħala t-tieni l-aktar klabb tal-polo antic fid-dinja, l-MPC qed titlob lill-Gvern u lill-Prim Ministru biex jintervjenu u jħassru l-konċessjoni jekk l-impenji ma jiġux onorati, sabiex jiġi mħares dan il-wirt nazzjonali.

Intant, fi stqarrija ffirmata mis-Shadow Minister David Agius u l-President Tim Sport PN Andre Muscat spjega li wara li ttradixxa lid-dilettanti tal-motorsport, issa l-Gvern qed jgħaddi biż-żmien ukoll lid-dilettanti tal-isport tal-polo. U dan qed jgħiduh huma stess.