Il-Qorti tal-Maġistrati, ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, immultat lil Bjorn Borg ta’ 41 sena, €1,500 wara li sabitu ħati ta’ pussess ta’ kokaina iżda mhux ħati li din instabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu, wara li evalwat il-provi kollha miġbura f’kawża li tmur lura għal Frar tal-2015. Huwa lanqas ma nstab ħati li sar reċidiv.
Il-Qorti qieset fis-sentenza tagħha li Borg minn jeddu ħeles mill-vizzju tad-droga u li llum qed jgħix ħajja normali. Mill-provi rriżulta li waqt tfittxija fid-dar tiegħu fil-Ħamrun, il-Pulizija sabet 9.24 grammi kokaina b’purità ta’ madwar 21%, flimkien ma’ kuċċarina bi traċċi tad-droga, boroż tal-plastik bil-kantunieri maqtugħa u flus kontanti.
Il-Qorti analizzat bir-reqqa jekk l-ammont u ċ-ċirkostanzi tas-sejba kinux jindikaw pussess sempliċi jew pussess aggravat. Filwaqt li ġie stabbilit li l-imputat kien dipendenti fuq il-kokaina fiż-żmien tar-reat, il-Maġistrat osservat li l-ammont ma kienx wieħed żgħir u li l-preżenza ta’ boroż maqtugħa kienet fattur li seta’ jindika li d-droga ma kinitx maħsuba biss għall-konsum personali.
Il-Qorti għamlet referenza għal ġurisprudenza kostanti tal-Qrati Maltin li tgħid li mhux biss l-ammont tad-droga huwa determinanti, iżda l-assjem taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ. F’dan il-każ, il-fatt li d-droga kienet akkumpanjata minn materjal tipikament assoċjat mat-tqassim, flimkien mal-ammont relattivament konsiderevoli, wasslu lill-Qorti għall-konvinzjoni morali li l-pussess ma kienx għall-użu esklussiv tal-imputat.
Madankollu Dr Roberta Holland fir-rapport tagħha meta tgħid li l-imputat jikkalkula li huwa kien juża’ d-droga madwar ħames jew sitt darbiet fil-ġimgħa, u għalhekk il-Qorti tasal biex tiddeduċi li allura huwa minnu dak li qed jgħid l-istess imputat li l-ammont li nstabu kienu għall-użu personali tiegħu.
Oltre minn hekk hi żżid li dan id-disinn ta’ ħajja li kien qed jgħix l-imputat baqa’ għaddej għal madwar ħames snin sa ma fetaħ dan il-każ u li fil-fatt kien jixtri ammonti sostanzjali għaliex f’dawk iż-żminijiet il-kokaina kienet dejjem baqat l-ikbar u l-unika problema.
Il-Qorti qalet li għalhekk hija tħoss li l-imputat ta stqarrija veritjera, u li effettivament dik il-kokajina li nstabet id-dar tiegħu kienet għall-użu personali, inkluż ir-raġuni l-għala kellu l-boroż vojta. Tant hu hekk li kuċċarina biss instabet u mhux bħal per eżempju flus kontanti li juru bejgħ jew mizien li juri li kien qed iqassam id-droga biex jipprova jbiegħha.
Lanqas id-droga ma nstabitx imqassma. Il-Qorti għalhekk hija tal-fehma li l-prosekuzzjoni rnexxilha tipprova sal-grad rikjest mil-liġi li l-imsemmija sustanza nstabet f’ċirkostanzi li jindikaw li din kienet
għall-użu personali iżda ma rnexxieliex tipprova sal-grad rikjest mil-liġi li d-droga li nstabet, f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kenitx għall-użu esklussiv ta’ limputat.
Qabel waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti trattat ukoll il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tal-istqarrija li l-imputat kien ta lill-Pulizija fl-istadju investigattiv. Minkejja li dak iż-żmien ma kellux id-dritt li jkun assistit minn avukat waqt l-interrogazzjoni, il-Qorti ddeċidiet li, fid-dawl tal-proċess kollu u tal-provi l-oħra oġġettivi, l-istqarrija kienet ammissibbli u setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni.
Il-kawża, kienet tressqet mill-Pulizija mmexxija mill-Assistent Kummissarju Malcolm Bondin. Il-Qorti kienet ukoll ġiet mitluba tikkunsidra r-rapporti ta’ esperti, inkluż dak ta’ psikologa forensika li kkonfermat id-dipendenza tal-imputat fuq is-sustanzi illeċiti fiż-żmien tal-każ.
Dwar ir-reċidiva, l-Qorti qalet li għalkemm mill-fedina penali jirriżulta li l-imputat kellu xi proċeduri kriminali kontrih, tnejn li huma relatati ma’ reati tat-traffiku, din il-prova m’hix biżżejjed biex tiġi ippruvata r-reċidiva. L-ebda sentenza bil-konnotati ta’ l-imputat ma ġiet eżebita u konfermata bil-ġurament f’dan il-każ allura din l-imputazzjoni ma tirriżultax.
Fil-kunsiderazzjonijiet dwar il-piena, l-Qorti kkunsidrat il-fedina penali aġġornata tal-imputata li għalkemm mhijiex netta lanqas ma hija xi waħda mill-aktar inkwetanti. Iċ-ċirkostanzi u n-natura tar-reati addebitati fil-konfront ta’ l-imputat, inkluż l-ammont tad-droga mertu tal-każ fejn il-piż tal-kokaina kien dak ta’ 9.24grammi u l-purita’ kienet ta’ ċirka 21%;
Il-fatt li din il-Qorti fil-proċeduri odjerni assumiet il-funzjonijiet ta’ Qorti dwar id-Droga a u l-fatt li l-imputat temm b’suċċess il-pjan ta’ kura imfassal għalih mill-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabbdu bid-droga.
Kif ukoll li mir-relazzjoni ta’ Dr Roberta Holland li jirriżulta kjarament li fiż-żmien tar-reat odjern l-imputat kien dipendenti fuq is-sustanza kokajina u li mill-istess rapport jidher li l-imputat tejjeb ferm is-sitwazzjoni tiegħu u minn jeddu għamel passi konkreti u progress konsiderevoli fir-rijabilitazzjoni tiegħu u lfatt li l-imputat irnexxielu jegħleb b’mod konkret il-vizzju tad-droga u qed jgħix ħajja stabbli,
Jidher ċar mill-istorja ta’ l-imputat li l-każ odjern kien relatat mal-istil ta’ ħajja li kien qiegħed jgħix u mad-dipendenza mid-droga li kellu. Jidher ukoll li miż-żmien tal-każ odjern, huwa għamel progress notevoli fejn l-ewwel kien naqqas mill-użu tal-kokaina, u mbagħat ħeles lilu nnifsu kompletament meta finalment waqaf madwar sena u nofs ilu.
//= $special ?>

