Ix-xogħlijiet fuq il-binja tal-akkomodazzjoni soċjali f’Bormla bħalissa jinsabu sospiżi u huma mistennija li jitkomplu fi żmien li ġej.
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li staqsiet lill-Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-binja tal-akkomodazzjoni soċjali f’Bormla humiex qed ikomplu, jindika r-raġunijiet għaliex ix-xogħol twaqqaf, u meta hu mistenni li jerġa’ jibda x-xogħol fuq dan il-proġett.
Il-Prim Ministu qal biss li x-xogħlijiet huma mistennija li jitkomplu fi żmien li ġej.
//= $special ?>

