Tal-inqas għaxar persuni nqatlu f’attakki Iżraeljan mill-ajru fuq il-Lvant tal-Libanu. L-attakki kienu mmirati lejn siti li jappartjenu lill-Hezbollah – il-grupp militari u politiku appoġġjat mill-Iran.
Ir-raid sar fiz-zona fil-Wied tal-Bekaa – żona fejn il-grupp għandu preżenza qawwija.
Il-Hezbollah ikkonferma li sitta mill-membri tiegħu, inkluż kmandant ewlieni, kienu fost dawk li sfaw maqtula.
Ir-rejds li kienu fost l-aktar qattiela minn meta ntemmet il-gwerra bejn Iżrael u Hezbollah fl-2024, seħħew wara dak li Iżrael iddeskriva bħala “ksur tal-ftehim mal-Libanu.
//= $special ?>

