Internazzjonali

5 persuni mejta wara valangi li ħakmu l-Alpi Awstrijaċi

Ħames persuni nqatlu f’sensiela ta’ valangi fl-Alpi Awstrijaċi. Dan hekk kif ir-reġjun inħakem minn borra qawwija matul il-jum tal-Ġimgħa.

Pulizija lokali qalu li fost il-vittmi kien hemm Ġermaniż ta’ 42 sena u ibnu ta’ 16-il sena. Tliet skiers oħrajn inqatlu f’valanga qrib resort ewlenija. Apparti minn hekk, snowboarder miet wara li spiċċa ndifen taht il-borra.

Matul din ix-xitwa, l-Awstrija esperjenzat mill-inqas 21 fatalità relatati ma’ valangi tas-silġ.