Il-Partit Nazzjonalista tul dawn il-jumejn qed ilaqqa l-Konvenzjoni Nazzjonali bit-tema Malta ‘l Quddiem.
Stedina miftuħa għall-Maltin u l-Għawdxin kollha sabiex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista fi djalogu miftuħ li fih jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom. Dan sabiex titfassal il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal pajjiż – politika tan-nies għan-nies
Intant matul il-jum tas-Sibt saru diversi workshops fejn ħamsa minnhom se jkunu organizzati Malta u s-sitt wieħed se jkun organizzat f’Għawdex – dan bil-għan li l-Partit Nazzjonalista jisma’ x’għandu jgħid il-poplu Malti u Għawdxi.
It-temi li se jiġu diskussi fil-workshops huma; Malta kif nafuha – Malta li tgħix sew fiha, Ġid li tassew jilħaq lil kulħadd, Komunitajiet b’saħħithom, Gvern li jieħu ħsiebek, Malta lesta għal għada u ieħor f’Għawdex bit-titlu ta’ Għawdex fil-qalba tal-viżjoni nazzjonali.


Intant Net News kien wkoll preżenti fil-Lukanda Exselsior hekk kif ingħata bidu għal dawn il-workshops, bil-għan li jiġu diskussi l-proposti u l-preokkupazzjonijiet ta’ dawk kollha li ġew isemmgħu leħinhom f’din il-Konvenzjoni għal pajjiż kollu.
Matul il-workshop li ħa ħsieb jiddiskuti it-tema; Malta lesta għal għada, d-diskussjoni issoktat fuq l-edukazzjoni, u kif inhu importanti ħafna l-investiment; kemm fl-istudenti u anke fl-għalliema – dan sabiex tkompli tissaħħaħ l-edukazzjoni fil-livelli kollha tal-pajjiż. Dan il-workshop tmexxa minn Janice Darmanin, waqt li r-Rapporteur kienet Dr Angele Pulis
Apparti min hekk ġie diskuss fost l-oħrajn l-aspett ta’ edukazzjoni mongħija b’AI u Data Literacy għal kulħadd, xi ħaġa li tista’ tkun iċ-ċavetta ta’ għada, u flimkien mal-isport, il-kultura u l-prodott turistiku jsiru pilastri ta’ koeżjoni soċjali, fejn l-identità Maltija tevolvi u tissaħħaħ. Apparti l-edukazzjoni l-ambjent ġie wkoll diskuss u kif irid ikun pilastru essenzjali f’pajjiż lest għal għada.
Dan fost nies li pparteċipaw minn bosta setturi u aspetti tal-ħajja, minn għalliema, irtirati u attwali, ġenituri, nanniet u anke membri minn għaqdiet oħrajn.


Fil-Workshop bit-tema; Ġid li jilħaq lil kulħadd, ġew diskussi fost l-oħrajn l-problema tal-għoli tal-ħajja, il-pagi preżenti, il-produttività, l-investiment, u d-dinjitá tal-ħaddiem.
Rigward l-għoli tal-ħajja kienu bosta li saħqu kif ma kull jum li jgħaddi il-prezzijiet dejjem qed ikomplu jiżdiedu, waqt li pagi qed jibqgħu staġnati – b’mod speċjali f’ċerta setturi. Ġew imsemmija wkoll setturi bħal gaming u s-servizzi finanzjarji, li qed ikomplu joffru pagi tajbin f’setturi innovattivi. Madanakollu ma nistgħux inħallu setturi u individwi jaqgħu lura. Dan fost enfasi speċifika fuq l-importanza tal-ġid komuni li jħares lejn l-interessi ta’ kull ċittadin Malti u Għawdxi.
F’dan il-workshop kien hemm preżenti u semmgħu leħinhom bosta nies; minn negozjanti, inprendituri, ħaddiema u anke residenti affetwati minn bosta sfidi.
Preżenti kien hemm wkoll membri minn korpi kostitwiti u għaqdiet oħra. Fost ħafna li tkellmu kien hemm wkoll nies li kienu joperaw negozju żgħir, fejn tkellmu fost l-oħrajn dwar sfidi li jġbu magħhom kompetizzjonijiet multi-nazzjonali.
Apparti min hekk ġiet diskussa wkoll il-preżenza ta’ bosta nies li ġejjin minn barra; kemm dawk li huma impjegati u anke dawk li qed jiftħu l-ħwienet u negozji varji f’Malta u Għawdex. Ħareġ b’mod speċjali l-appell għal kompetittivitá ġusta u sabiex isir l-infurzar meħtieġ.
Il-Workshop bit-tema; Malta kif nafuha – Malta li tgħix sew fiha, ġiet diskussa b’mod speċjali il-popolazzjoni ta’ Malta. Dan fost appelli li l-overpopulation issa qed tinħass minn kull aspett; kemm dak ekonomiku u anke dak soċjali. Min naħa l-oħra reġa’ kien hemm aċċenn speċjali għal bilanċ u l-kontroll għaliex aspetti bħal infrastruttura, trasport, traffiku u ħarsien ambjentali fost l-oħrajn – kollha qed jiġu impattati. Dan tmexxa mill-Inġinier Chris Ciantar, filwaqt li l-Perit David Xuereb kien ir-Rapporteur.
Dan fost appelli oħra dwar riformi anke fil-policy tal-immigrazzjoni sabiex pajjiżna jkun jista’ jatratta l-aqwa talent fejn hemm bżonn.
Issemmiet wkoll is-sigurtá, u kif bosta għasses f’Malta u Għawdex preżentament huma magħluqin u kif għandu jsir iktar investiment fil-korpi dixxiplinati tal-pajjiż sabiex il-Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jgħixu f’aktar serħan il-moħħ. Dan anke wara li kien hemm bosta, fl-istess workshop, li tkellmu fuq esperjenzi reali fejn ħassewhom meddha, f’pajjiżhom stess.
Dwar l-infrastruttura ġew elenkati wkoll problemi ta’ skart u anke ta’ drenaġġ.




Workshop ieħor tratta t-tema tal-Komunitajiet b’saħħithom; fejn fost l-oħrajn ġiet elenkata l-komunita u l-identita lokali u kif kull lokalitá għandha l-prijoritajiet u l-problemi tagħha. Dan apparti l-appelli awtorevoli għal aktar spazji ħodor, u li l-lokal jkun jista’ jgawdi mill-benesseri ambjentali – speċjalment fil-ħajja li qed ngħixu llum.
Aspett li ssemma minn dawk preżenti kienet wkol l-estetika tal-bini u l-iżvilupp u kif dan jaffetwa ħafna affarjiet oħrajn; minn estetika, għall-ambjent, u anke trabijiet fl-arja – b’appell speċifiku dwar żvilupp sostebibbli u sabiex jiġu użati binjiet li huma abbandunati jew vojta, anke sabiex jiġu protetti artijiet verġni.
Dwar il-Kunsilli Lokali, bosta kunsilliera preżenti u residenti, f’dan il-work shop, tkellmu fuq l-importanza tagħhom u kif il-Kunsilli meta mħaddma sew, jkunu jistgħu joffru attenzjoni speċifika u miżuri li jixirqu għall-lokalitá rispettiva. Dan apparti li ġiet diskussa wkoll il-kwistjoni tal-affordabilitá tal-propjetajiet, b’mod speċjali f’ċerta bliet u rħula speċifiċi.
Tema oħra diskussa, Gvern li jieħu ħsiebek, ġie msemmi l-aspett tal-kwalitá tal-ħajja, l-inugwaljanzi varji u anke s-saħħa, kemm fiżika u anke mentali. B’aċċen b’saħħtu wkoll fuq il-mental well-being tal-poplu kollu. Apparti appelli ta’ investiment meħtieġ għal trattamenti essenzjali għal problemi severi ta’ saħħa mentali.
Dawk preżenti tkellmu wkoll fuq il-kura u t-trattamenti varji fl-Isptarjiet; fost l-oħrajn il-problemi ta’ ffullar fl-emerġenza, mediċini out of stock u anke appelli għal investiment bla preċedent u kontinwu fis-settur tas-saħħa.
Apparti min hekk intqal wkoll li s-servizzi pubbliċi mhux kollox, hemm anke problemi ta’ aċċessibilitá u għarfien, fuq dawn l-istess servizzi provduti. Dan apparti li saret wkoll enfasi fuq il-problema tas-solitudni fost bosta, speċjalment anzjani li diġa jkunu qed ibgħatu minn problemi ta’ saħħa.
Għal dan il-workshop attendew wkoll bosta rappreżentanti ta’ għaqdiet u NGOs li tkellmu ma xix jiltaqgħu, dan fost anzjani, ġenituri u persuni oħra li semmgħu leħinhom dwar kif il-Gvern irid ikun hemm għal poplu, b’mod speċjali, fis-settur tas-saħħa – għall-benesseri komuni tal-poplu.
Intant, waqt dan il-workshop, kien hemm wkoll min tkellem fuq l-importanza tal-iżvilupp tat-tfal u kif dan l-iżvilupp jrid jiġi minn ħidma kollettiva bejn kull min jgħix fil-pajjiż.
Il-workshop ta’ Għawdex, li se jitmexxa minn Maria Portelli b’Daniel Borg ikun ir-Rapporteur, se jiddiskuti lil Għawdex fil-qalba tal-viżjoni nazzjonali. Il-Partit Nazzjonalista jrid jara li Għawdex, bħala gżira reġjun b’identità u potenzjal distint, jibqa’ jgawdi minn servizzi u opportunitajiet bħal kulħadd u għal kulħadd. Se tkun trattata l-aċċessibbiltà u l-konnettività, fost oħrajn b’infrastruttura u żvilupp li jirrispettaw l-iskala u l-wirt tal-gżira.
Preżenti tul dawn il-workshops kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah – fejn dar wkoll kull sessjoni sabiex jisma’ l-preokkupazzjonijiet, il-proposti, u d-diskussjoni li ħarġet minn din il-Konvenzjoni Nazzjonali. Eżerċizzju ieħor min naħa ta’ Alex Borg li qed jkompli jressaq il-Partit Nazzjonalista viċin il-poplu kollu.



Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>

