Il-Partit Nazzjonalista tul dawn il-jumejn qed ilaqqa l-Konvenzjoni Nazzjonali bit-tema Malta ‘l Quddiem.
Stedina miftuħa għall-Maltin u l-Għawdxin kollha sabiex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista fi djalogu miftuħ li fih jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom. Dan sabiex titfassal il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal pajjiż – politika tan-nies għan-nies
Intant matul il-jum tas-Sibt se jsiru diversi workshops fejn ħamsa minnhom se jkunu organizzati Malta u s-sitt wieħed se jkun organizzat f’Għawdex – dan bil-għan li l-Partit Nazzjonalista jisma’ x’għandu jgħid il-poplu Malti u Għawdxi.
It-temi li se jiġu diskussi fil-workshops huma; Malta kif nafuha – Malta li tgħix sew fiha, Ġid li tassew jilħaq lil kulħadd, Komunitajiet b’saħħithom – floriani level, Gvern li jieħu ħsiebek – de medici level, Malta lesta għal għada u ieħor f’Għawdex bit-titlu ta’ Għawdex fil-qalba tal-viżjoni nazzjonali.
Net News jinsab fil-Lukanda Exselsior hekk kif jingħata bidu għal dawn il-workshops, bil-għan li jiġu diskussi l-proposti u l-preokkupazzjonijiet ta’ dawk kollha li ġew isemmgħu leħinhom f’din il-Konvenzjoni għal pajjiż kollu.
Matul il-workshop li ħa ħsieb jiddiskuti it-tema; Malta lesta għal għada, d-diskussjoni issoktat fuq l-edukazzjoni, u kif inhu importanti ħafna l-investiment; kemm fil-ħaddiema u anke fl-għalliema – dan sabiex tkompli tissaħħaħ l-edukazzjoni fil-livelli kollha tal-pajjiż.
Apparti min hekk ġew diskussi fost l-oħrajn l-aspett ta’ edukazzjoni mongħija b’AI u Data Literacy għal kulħadd tista’ tkun iċ-ċavetta ta’ għada, u flimkien mal-isport, il-kultura u l-prodott turistiku jsiru pilastri ta’ koeżjoni soċjali, fejn l-identità Maltija tevolvi u tissaħħaħ. Apparti l-edukazzjoni l-ambjent ġie wkoll diskuss u kif irid ikun pilastru f’pajjiż lest għal għada.
Dan fost nies li pparteċipaw minn bosta setturi u aspetti tas-soċjetá, minn għalliema, irtirati u attwali, ġenituri, nanniet u anke membri minn għaqdiet oħrajn.
Fil-Workshop bit-tema; Ġid li jilħaq kulħadd, ġew diskussi fost l-oħrajn l-problema tal-għoli tal-ħajja, il-pagi preżenti, il-produttività, l-investiment, u d-dinjitá tal-ħaddiem.
Rigward l-għoli tal-ħajja kienu bosta li saħqu kif ma kull jum li jgħaddi il-prezzijiet dejjem qed ikomplu jgħolew, waqt li pagi qed jibqgħu staġnati b’mod speċjali ċerta setturi. Ġew imsemmija wkoll setturi bħal gaming u s-servizzi finanzjarji, li qed ikomplu joffri pagi tajbin f’setturi innovattivi, madanakollu ma nistgħux inħallu setturi u individwi jaqgħu lura. Dan fost enfasi speċifika fuq l-importanza tal-ġid komuni li jħares lejn l-interessi ta’ kull ċittadin Malti u Għawdxi.
F’dan il-workshop kien hemm preżenti u semmgħu leħinhom bosta nies; minn negozjanti, inprendituri, ħaddiema u anke residenti affetwati minn bosta sfidi. Preżenti kien hemm wkoll membri minn korpi kostitwiti u għaqdiet oħra. Fost ħafna li tkellmu kien hemm wkoll nies li kienu joperaw negozju żgħir u bl-isfidi li jġbu magħhom kompetizzjonijiet multi-nazzjonali.
Apparti min hekk ġiet diskussa wkoll il-preżenza ta’ bosta nies li ġejjin minn barra; kemm dawk li huma impjegati u anke dawk li qed jiftħu l-ħwienet u negozji varji f’Malta u Għawdex. Ħareġ b’mod speċjali l-appell għal kompetittivitá ġusta u sabiex isir l-infurzar meħtieġ.
Il-Workshop bit-tema Malta kif nafuha – Malta li tgħix fiha ġiet diskussa b’mod speċjali il-popolazzjoni ta’ Malta. Dan fost appelli li l-overpopulation issa qed tinħass minn kull aspett; kemm dak ekonomiku u ankedak soċjali. Min naħa l-oħra reġa’ kien hemm aċċenn speċjali għal bilanċ u l-kontroll għaliex bosta issues, bħal infrastruttura, trasport u traffiku, ħarsien ambjentali kollha qed jiġu impattati. Dan fost appelli oħra dwar riformi anke fil-policy tal-immigrazzjoni sabiex pajjiżna jkun jista’ jatratta l-aqwa talent fejn hemm bżonn.
Issemmiet wkoll is-sigurtá, u kif bosta għasses f’Malta u Għawdex preżentament huma magħluqin u kif għandu jsir iktar investiment fil-korpi dixxiplinati tal-pajjiż sabiex il-Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jgħixu f’aktar serħan il-moħħ. Dan anke wara li kien hemm bosta, fl-istess workshop, li tkellmu fuq esperjenzi reali fejn ħassewhom meddha f’pajjiżhom stess.
Dwar l-infrastruttura ġew elenkati wkoll problemi ta’ skart u anke ta’ drenaġġ.
Workshop ieħor tratta t-tema tal-Komunitajiet b’saħħithom; fejn fost l-oħrajn ġiet elenkata l-komunita u l-identita lokali u kif kull lokalitá għandha l-prijoritajiet u l-problemi tagħha. Dan apparti l-appelli awtorevoli għal aktar spazji ħodor li l-lokal jkun jista’ jgawdi mill-benesseri ambjentali – speċjalment fil-ħajja magħġġla tal-lum.
Aspett li ssemma minn dawk preżenti kienet wkol l-estetika tal-bini u l-iżvilupp u kif dan jaffetwa ħafna affarjiet oħrajn, minn estetika, għall-ambjent, u anke trabijiet fl-arja – b’appell speċifiku dwar żvilupp sostebibbli u sabiex jiġu użati binjiet li huma abbandunati jew vojta – anke sabiex jiġu protetti artijiet verġni.
Dwar il-Kunsilli Lokali, bosta kunsilliera preżenti u residenti tkellmu fuq l-importanza tagħhom u kif il-Kunsilli meta mħaddma sew, jkunu jistgħu joffru attenzjoni speċifika u miżuri li jixirqu għall-lokalitá rispettiva. Dan apparti li ġiet diskussa wkoll il-kwistjoni tal-affordabilitá tal-propjetajiet, b’mod speċjali f’ċerta ibliet u rħula speċifiċi.
Tema oħra diskussa; Gven li jieħu ħsiebek, ġiet mitkellma b’mod partikolari il-kwalitá tal-ħajja, l-inugwaljanzi varji u anke s-saħħa, kemm fiżika u anke mentali. B’aċċenn speċjali wkoll fuq il-mental well-being tal-poplu kollu. apparti investiment meħtieġ għal trattamenti essenzjali għal problemi severi ta’ saħħa mentali.
Dawk preżenti tkellmu wkoll fuq il-kura u t-trattamenti varji fl-Isptarjiet; fost l-oħrajn il-problemi ta’ ffullaw fl-emerġenza, mediċini out of stock u anke appelli għal investiment bla preċedent kontinwu fis-settur tas-saħħa. Apparti min hekk intqal wkoll li mhux is-servizzi pubbliċi kollox imma anke l-aċċessibilitá u l-għarfien fuqhom – b’enfasi anke fuq il-problema tas-solitudni fost bosta, speċjalment anzjani li qed ibgħatu minn problemi ta’ saħħa u anke mentali.
Għal dan il-workshop attendew wkoll bosta rapreżentanti ta’ għaqdiet u NGOs li tkellmu ma xix jiltaqgħu, dan apparti anzjani, ġenituri u persuni oħra li semmgħu leħinhom kif il-Gvern irid ikun hemm għal poplu speċjalment, fis-settur tas-saħħa għal benesseri komuni tal-poplu.
Intant, waqt dan il-workshop, kien hemm wkoll min tkellem fuq l-importanza tal-iżvilupp tat-tfal u kif dan l-iżvilupp jiġi minn ħidma kollettiva bejn kull min jgħix fil-pajjiż.
//= $special ?>

