Membri tal-Protezzjoni Ċivili , mill-istazzjon numru 3 assistew f’operazzjoni tat-tifi tan-nar ta’ BMW li ngħatat in-nar fil-limiti tal-Baħrija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:15 am, fi Triq Bieb ir-Ruwa, l-Baħrija.
Fuq il-post issejħu l-pulizija flimkien mal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħadmu bl-aktar mod professjonali sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Irriżulta wkoll li ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>

