Ma nistgħux nirriskjaw inkomplu nħarbtu s-suq tax-xogħol.
Dan kien il-messaġġ li twassal mill-Malta Chamber, fl-ambitu tad-diskors popolist li sar fl-aħħar jiem mill-kamp laburista – diskors xprunat mill-MEP Daniel Attard.
Il-kwistjoni kollha hi marbuta mal-leave kulturali, applikat biss għall-ħaddiema tal-Gvern.
Skont il-Malta Chamber, proposta ta’ dan it-tip tpoġġi platt tad-deheb quddiem sezzjoni waħda ta’ ħaddiema, għad-detriment ta’ eluf kbar ta’ ħaddiema oħrajn, sidien ta’ negozji u nies fl-industrija li qed idawwru r-rota ekonomika tal-pajjiż.
Iċ-Chamber spjegat li l-pajjiz ma jaffordjax li jispicca f’sitwazzjoni fejn l-industrija u n-nies fin-negozju jithallew wehidhom – iġorru l-pizijiet.
Fl-istqarrija, sar appell sabiex policies relatati ma’ leave jew family friendly measures għandhom isiru b’mod responsabbli. U jiġi assigurat li dak li jingħad ma jkissirx il-produttivita u l-kompetittivita ekonomika.
Minn naħa tagħha, il-Malta Chamber tibqa’ kommessa għal djalogu kostruttiv. Izda appellat biex ma jkunx hemm mizuri li joholqu zbilanc. Fuq kollox, wissiet li l-prosperita fit-tul tiddependi fuq azzjonijiet li jkunu gusti, u governanza responsabbli.

