Artisti, komunitajiet, għaqdiet, u ħafna nies oħra ngħaqadu flimkien f’mixja mill-Parlament sal-Ministeru tal-Kultura, sabiex b’vuċi waħda jgħidu – ‘Ebda Mużika għall-Ġenoċidju’. Dan biex isemmgħu leħinhom kontra s-sehem ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest.
Bħalma għamlu Spanja, l-Iżlanda, is-Slovenja u l-Irlanda, Malta għadha fiċ-ċans li tagħżel in-naħa tas-sewwa, u ma tipparteċipax fil-Eurovision ta’ din is-sena sakemm Iżrael jitħalla jipparteċipa.
“Umanità, mhux kompliċità”, qalu dawn li ħadu sehem fil-protesta.
In-nies preżenti ġarrew kartelluni biex jesprimu d-diżapprovazzjoni tagħhom għall-fatt li Iżrael se jieħu sehem f’dan il-festival – u pajjiżna se jkun hemm ukoll.
//= $special ?>

