Il-Korp tal-Pulizija qiegħed ikompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu fil-komunità permezz ta’ preżenza
kontinwa fit-toroq u impenn dirett mal-pubbliku u tadotta politika ta’ tolleranza żero lejn kull
forma ta’ abbuż u attività llegali fil-lokalitajiet.Dan wassal biex ilbieraħ filgħaxija sar it-tielet arrest din il-ġimgħa b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess tad-droga fil-Marsa.
Kienu għall-ħabta tal-ħamsa 17:00pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien qiegħed
jaġixxi b’mod suspettuż fi Ġnien Spencer u possibilment kien qiegħed ibigħ id-droga.Ir-raġel, li huwa min-Niġer ta’ 42 sena residenti Wied il-Għajn ġie arrestat wara li minn tfittxijiet li saru fuqu nstabu mat-30 pakkett b’sustanza suspettata kannabis, blokka suspettata kannabis, kif ukoll bott b’sustanza suspettata raża tal-kannabis, flimkien ma’ flus kontanti. Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.



