Internazzjonali

Trump iħabbar tariffa globali ġdida ta’ 10% wara deċiżjoni li ħadet il-Qorti tal-Istati Uniti

F’deċiżjoni ta’ 6–3, il-qorti ddeċidiet li l-President Amerikan, Donald Trump ma kellux l-awtorità li jimplimenta tariffi wiesgħa taħt liġi ta’ emerġenza mill-1977. Il-ġudikanti qalu li l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti ċarament tagħti lill-Kungress il-poter li joħloq taxxi, inklużi tariffi u mhux lill-president.

Trump qal li d-deċiżjoni waqfet metodu legali wieħed biss u stqarr li se juża liġijiet oħra biex ikompli l-politika kummerċjali tiegħu. Żied jgħid li xi tariffi eżistenti, inklużi tariffi u miżuri ta’ sigurtà nazzjonali taħt is-Sezzjoni 301, se jibqgħu fis-seħħ.

Is-Sezzjoni 301 tippermetti lill-gvern jinvestiga prattiċi kummerċjali inġusti, iżda l-proċess jista’ jieħu sa sena. Is-Sekzzjoni 122 tippermetti tariffi temporanji sa 15% għal 150 jum waqt problemi ekonomiċi serji.

L-amministrazzjoni tgħid li se tkompli tfittex modi legali biex iżżomm it-tariffi fis-seħħ.