Is-settur tal-avjazzjoni, is-settur tal-gaming, is-settur tas-servizzi finanzjari, u l-qasam tal-inġinerija.
Huma dan is-setturi ekonomiċi li ftaħar bihom il-Prim Ministru Robert Abela waqt id-diskors politiku tal-Ħadd filgħodu quddiem iż-żgħażagħ laburisti.
Għalkemm Robert Abela ma semmiex li dawn huma kollha settur li ħoloq Gvern Nazzjonalista b’viżjoni ċara u sotennibli li kellu għal Malta u Għawdex.
Robert u Lydia Abela tkellmu wkoll dwar is-saħħa mentali.
U fost diskors ta’ kemm huwa importanti li din ma tkunx stigma, il-Prim Ministru Abela ma ta ebda data dwar meta dan se jsir.
Dan minkejja li il-professjonisti ilhom snin jgħidu li l-Isptar Monte Karmeli mhux sptar li qed jiffunzjona kif suppost; kaġun tal-fatt li l-Gvern injorah kompletament.
Fid-diskors tiegħu Abela kompla wkoll bir-retorika ta’ kemm żgħażagħ huma sidien ta’ djarhom, bil-Prim Ministru jonqos milli jgħid li biex dan ikun possibbli huma qed ikunu kostretti li jaħmdu full-time u part-time – b’loan li jibqa mdendel fuq rashom għal ħajithom kollha għal persuni single u b’detriment fuq il-ħin ta’ kwalità li l-ġenitri jqattgħu mat-tfal.
//= $special ?>
