“Alex Borg huwa l-futur ta’ Malta – l-EPP qiegħed magħkom u l-Ewropa lesta għal Alex Borg bħala Prim Ministru”
Qalet dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew Dolors Montserrat – liema diskors wera’ biċ-ċar l-impenn u l-kollaborazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mal-familja Ewropea tiegħu fi ħdan l-EPP.
F’ħidma fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew li fih jiġbor diversi partiti mill-Ewropa b’għan wiehed u aħħari – familja waħda Ewropea magħquda li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura.
B’Dolors Montserrat tisħaq li l-valuri Ewropej u dawk Kristjani huma dawk li jaqqdu lil Partit Nazzjonalista mal-kumplament tal-Partit Popolari Ewropew. Apparti min hekk hi sellmet wkoll lil MEPs tal-PN David Casa u Peter Agius – dan għal ħidma tagħhom favur il-Maltin u l-Għawdxin. Bi sforzi kontinwi.
Apparti min hekk hi sellmet wkoll lil Roberta Metsola u l-ħidma tagħha fl-Unjoni Ewropea – U kif il-Partit Nazzjonalista u l-pajjiż għandu jkun kburi b’din l-ambaxxatriċi tal-pajjiż.
Is-Segretarju Ġenerali tal-EPP saħqet li pajjiżna jixraqlu aħjar milli għandu llum; pajjiż mmexxi mill-Partit Naazzjonalista li għandu f’qalbu l-valuri Ewropej, Kristjani u Demokratiċi li jistgħu għal darb’oħra jsawwru lil dan il-pajjiż f’eċċellenza.
Dan apparti wkoll li tkellmet fuq l-importanza li Malta tkun vuċi soda kontra t-traffikar tal-immigranti fl-ibħra tagħna – dan apparti l-problema tal-korruzzjoni, u l-kilba lejn il-poter akkost ta’ kollox.
Hi tkellmet fuq kif Malta, bħal Spanja, qed tgħaddi minn perjodu ta’ tmexxija minn Partit xellugi – liema Partit Soċjalista qed jkompli jkasbar il-pajjiż b’policy ta’ immigrazzjoni bla rażan, burokrazija żejda, korruzzjoni u għatx għal poter. Karatteristiċi ta’ partiti soċjalisti – Però hi konvinta, li bħal ma ġara f’pajjiżi oħra, fejn Partiti mill-EPP qqed imexxu l-pajjiż, ħa jiġri f’Malta hekk wkoll.
Hi għalqet li Alex Borg ġab biddla kbira fi ħdan il-Partit Nazzjonalista – b’valuri li jġibu l-ewwel lil Maltin. Kien għalekk li saħqet li konvinta li l-bidla qiegħda fil-qrib u li Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi min Alex Borg kapaċi jġib il-bidla li pajjiżna għandu bżonn.
//= $special ?>

