“Biex Malta tkun lesta għal għada jrid ikun hemm investiment fil-ħiliet, anke dawk bażiċi”
F’dan il-workshop bit-titlu ta’ ‘Malta ta’ Għada’ kienu elenkati 5 fatturi interdipendenti:
- Komunità
“Komunità li jimportaha minn nies, li tfisser dak li hu Malti u li tagħti spazju għall-vuċijiet differenti”
F’dan il-workshop ħareġ kif huwa importanti li l-Qrati Maltin jagħtu ġustizzja, u li hija magħquda.
2. Volontarjat
“Komunità hi b’saħħitha għax ikun hemm element volontarjat iżda dan illum sar impossibbli minħabba l-għoli tal-ħajja”.
F’dan il-workshop ħareġ kif hemm ħtieġa sabiex ix-xogħol volontarju jiġi rikonoxxut. Filwaqt li għandu jkun mgħejun billi naċċertaw bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali.
3. Sports u kultura
“Malta lesta għal għada tagħhti aktar opporunitajiet”.
Il-workshop għamel numru ta’ proposti fosthom li l-isport ikun dekasteru għalih u mhux dejjem mal-edukazzjoni. Fejn anke kien propost li l-entitajiet sportivi jkunu vat exempt with credit.
4. Edukazzjoni
“Għandna niffokaw fuq il-proċess u mhux fuq il-kontenut”.
Kienet din il-konklużjoni tad-diskussjoni dwar l-edukazzjoni fejn saret distinzjoni bejn l-edukazzjoni u dak li ż-żgħar tagħna jitgħallmu sempliċiment biex ikunu tgħallmuh.
Fejn kien spjegat li anke għandu jsir tagħlim dwar il-komunitajiet, il-ħsieb kritika u kif tgħallem lill-uliedna jitkellmu ma’ dawk li ma jaqblux magħhom. Filwaqt li anke sar appell għall-użu tal-inteliġenza artifiċjali u anke t-tgħalim sabiex uliedna jkunu jafu jużaw sistemi ta’ AI b’mod sigur.
F’dan il-workshop kien spjegat li l-paga tal-għalliema dejjem għandha tibqa’ titjieb sabiex ikunu attirati l-aqwa talenti f’dan il-qasam li jgħallmu lill-uliedna kif jaħsbu, mhux biss b’mod intelletwali imma anke f-xogħolijiet ta’ snajja.
5. Snin Bikrin
F’din it-tema kien spjegat li l-familji għandhom ikollhom aktar ċans ma’ uliedhom, b’mod speċjali meta jkunu żgħar ħafna għalhekk huma faħħru l-proposta tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qed jestendi l-parent leave.
//= $special ?>

