“Naqblu li n-numru ppubblikati juru tkabbir ekonomiku, iżda x’qed ngħidu dwar is-sostenibbiltà tal-ekonomija?”
Kienet din il-mistoqsija prinċipali li ħarġet mir-rapport ippreżentat minn Hillary Galea Lauri ħareġ kif dan il-workshop bit-tema ‘Ġid li tassew jilħaq lil kulħadd’, fejn kien diskuss kif Malta għandha tikber b’mod sostenibbli, li ma tħalli lil ħadd lura. Fejn pajjiżna jara bilanċ bejn l-ambjent u l-kostruzzjoni, in-numri u t-tkabbir u sostennibbiltà.
Galea Lauri spjega li għandu jkun hemm analiżi ta’ dawn in-numri u l-fatturi li qed imexxu dawn in-numri. L-ispejjeż moħbija li mhux biss huma l-profitt, jew l-infieq tal-pajjiż.
L-ekonomija mhux biss ċifri imma sistema ta’ valuri.
F’dan il-workshop ħarġu 4 pilastri prinċipali:
- SMEs
Fejn kien spjegat li kwalunkwe Gvern li jemmen fil-ġustizzja ekonomija jassigura level playing field, jagħti spazju reali lill-SMEs u jsaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet ekonomiċi.
Huwa spjega li ekonomija b’saħħitha mhux biss fuq numri esaġerati imma fuq min joħloq valur fl-ekonomjia tagħna.
2.Ix-xogħol u d-dinjità
Ix-xogħol mhux biss mezz li wieħed jagħmel l-għajxien, hekk kif mudell mibni fuq l-irħis ma jistax ikun sostennibbli.
F’dan il-pilastru kien konkluż li l-mudell ekonomika għandu jkun ibbażat fuq valur, filwaqt li l-kompettività trid tkun ibbażżata fuq il-produttività u anke l-paga u l-ħinijiet tax-xogħol.
3. Iż-żgħażagħ
“Brain drain hija kelma li tintuża’ spiss, u hija realtà li qed taffettwa l-pajjiżi. Il-mistoqsija hija hux qed noħolqu karrieri u mhux kemm qed noħolqu impjiegi”
Dan il-workshop ikkonkluda li Malta għandha toħloq relazzjoni bejn l-Università u x-xogħol. Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali.
Fejn anke kien spjegat li wara t-tnaqqis tal-ispejjeż, jista’ jkun li d-dħul reali qed iwassal sabiex iż-żgħażagħ jitilqu minn xtutna. Għalhekk għandna naraw kif id-dħul finali u reali jlaħħaq mal-ħajja Maltija.
4. It-turiżmu
“Qed nagħfsu fuq in-numri tat-turisti aktar milli l-valur?”
Kien spjegat kif in-numri tat-turisti qed iwassal għal-traffiku fost problemi oħra. Għalhekk, għandna nattiraw turisti li jirritornaw, li jħallu profitt f’pajjiżna u li jiġu sabiex jagħmlu l-esperjenzi.
Fejn kien konkluż li Malta ma għandiex tkun l-aktar destinazzjoni li tattira nies imma li jkollha rispett lejn il-kultura u l-identità tagħha.



