Il-Partit Laburista fetaħ l-attakk tiegħu fuq il-kelliema barranin li ndirizzaw il-Konvenzjoni Nazzjonali li tella’ l-Partit Nazzjonalista.
L-MEP Laburista Daniel Attard, li huwa membru tas-soċjalisti Ewropej fetaħ l-attakk tiegħu fuq s-Segretarju Ġenerali tal-akbar partit fil-Parlament Ewropew, l-EPP ‘loser’.
Fuq il-midja soċjali tiegħu, Attard iddeskriva lil Dolores Montserrat bħala “barranija, loser Spanjola”. Dan kollu sempliċiment għaliex ma għandiex l-istess twemmin politiku tiegħu.
Montserrat kienet waħda mill-mistiedna barranin li attendew għall-Konvenzjoni Nazzjonali li saret mill-PN fejn faħħret il-ħidma tal-PN u ta’ Alex Borg.



