Lokali

Il-President tal-EPP Manfred Weber jisħaq li Alex Borg huwa politiku tan-nies

“Alex Borg u l-Partit Nazzjonalisa qed jkunu hemm għal Maltin u l-Għawdxin – ser tasal il-bidla għal Malta”

Kien dan il-messaġġ li wassal il-President tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber fil-Konvenzjoni Nazzjonali imtella’ mill-Partit Nazzjonalista.

Weber beda’ billi awgura lil Alex Borg għat-tragwardi li huwa għamel, b’mod speċjali kif qed ifassal il-politika tiegħu – politika bbażata fuq il-preokupazzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-poplu stess. Dan apparti għal mod wkoll kif, anke permezz tal-Konvenzjoni Nazzjonali, qed iressaq il-Partit Nazzjonalista viċin in-nies tul il-ħidma politika tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Partit Popolari Ewropew qal wkoll fost l-oħrajn li l-problema tal-immigrazzjoni llegali qed tkompli tigber però l-EPP, flimkien mal-partiti kollha fi ħdanu, ser jkomplu jsolvu din il-problema kbira.

Hu awgura lil Partit Nazzjonalista u l-Alex Borg wkoll għal mod kif qed issir il-politika – politika li ser ġġib il-bidla meħtieġa fit-tmexxija li għandu bżonn pajjiżna.