Lokali

ILLUM: Tkompli l-Konvenzjoni Nazzjonali tal-Partit Nazzjonalista

Il-Ħadd filgħodu, fil-lukanda Excelsior, tkompli l-Konvenzjoni Nazzjonali bit-tema ‘Malta ‘l Quddiem’ – Konvenzjoni li se tagħlaq bid-diskors tal-Kap tal-PN Alex Borg. Dan wara li lbieraħ saru numru ta’ diskussjonijiet – f’forma ta’ workshops – fuq temi ta’ interess nazzjonali.

Sinteżi ta’ dak li ħareġ minn dawn id-diskussjonijiet se tkun ippreżentata mir-rapporteur ta’ kull workshop fis-sessjoni finali tal-lum.

Wara, issir diskussjoni dwar l-ekonomija bis-sehem ta’ panel ta’ esperti li se titmexxa mill-Editur ta’ Newsbook Malta u RTK103 Matthew Xuereb. Matulha, Marisa Xuereb, Roberta Lepre, Abigail Agius Mamo u Arthur Galea Salomone se jkunu qed jiddiskutu ma’ dawk preżenti dak li jkun ħareġ mill-workshops.

Qabel d-diskors mistenni tal-għeluq mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, dawk preżenti se jkunu indirizzati wkoll minn diversi mistiedna barranin, fosthom Mikuláš Dzurinda – l-eks Prim Ministru tas-Slovakkja u President tal-Wilfried Martens Centre for European Studies u mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) u eks Ministru tal-Gvern Spanjol Dolors Montserrat.