Statistika ppubblikata din il-ġimgħa tindika kif fl-aħħar 25 ġurnata, l-Incident Support Team tal-Emerġenza issejjaħ 12-il darba fuq każijiet ta’ assistenza – bħal nirien, interventi tal-Pulizija, u każijiet ta’ tiftix u salvataġġ.
Dan is-Support Team huwa magħmul minn infermieri li jkunu off-duty, u li jidħlu xogħol meta jkun hemm emerġenzi; sistema li hija kruċjali biex id-Dipartiment tal-Emerġenza jibqa’ jiffunzjona anke għal sejħiet oħrajn paralleli.
Skont l-aħħar statistika, l-Incident Support Team kellu xejn anqas minn 51 siegħa ta’ xogħol fuq operazzjonijiet ta’ salvataġġ jew sejħiet oħrajn fl-aħħar 25 jum. Li jfisser medja ta’ tnejn kull ġurnata.
Dawn l-ammont ta’ każi fissru li kienu meħtieġa aktar minn 10 infermieri li wieġbu għal sejħiet varji li daħlu għand id-Dipartiment tal-Emerġenza.
Fuq kollox, l-ewwel xahrejn tas-sena kienu bla dubju impenjattivi għal dawk kollha li jaħdmu mhux biss fl-Emerġenza, iżda anke l-Pulizija, suldati, CPD, ufficjali tal-LESA, volontieri tar-Red Cross u anke membri tas-St John Rescue Corps.
Dan minħabba l-fatt li bejn Jannar u Frar kellna mhux biss każijiet maġġuri ta’ nirien, iżda anke sitwazzjonijiet traġiċi qrib il-baħar, u anke l-effetti devastanti li ħalliet warajha l-maltempata Harry – li fissret sigħat twal ta’ ħidma tat-timijiet kollha li ħadmu biex jiggarantixxu s-sigurtà f’diversi zoni tal-pajjiż.
//= $special ?>

