“Aħna rridu li l-Gvern jieħu ħsiebna, u li t-tbatijiet ta’ kuljum jonqsu b’mod konsiderevoli”.
Kienet din il-konklużjoni li wasslet ir-rapporteur Louise Bonnici u li ħadet sehem fil-workshop ‘Gvern li jieħu ħsiebek’.
Hija spjegat li ftit affarijiet li ġew msemmija f’dan il-workshop kien l-aċċess għat-terapija u mediċini, edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u mentali, l-edukazzjoni u anke s-saħħa fost l-oħrajn.
Ir-rapporteur spjegat li l-Gvern għandu jimplimenta u mhux iwiegħed biss.
Louise Bonnici spjegat li minkejja li fl-aħħar snin rat bidla fis-settur tad-diżabbiltà, il-verità hi li pajjiżna għadu lura. Hekk kif minn esperjenza personali tagħha taf li l-kelma inklużjoni hija buzzword.
Fejn spjegat li fis-settur tal-anzjani, diżabbiltàu anke l-familja nimxu ‘l quddiem għas-suċċess dejjiemi.
//= $special ?>

