“Jiena Malti inkwetat fuq il-ħin li minix inqatta’ mal-familja, fuq il-ħafna nies li qed nospitaw u li qed iħallu effett fuq is-servizzi, fuq il-fatt li qed nitilfu l-identità Maltija, fuq il-ħmieġ u l-istress minħabba l-kostruzzjoni, fuq il-ħin li ma għandix sabiex nagħmel id-delizzji tiegħi”.
Kien dan il-messaġġ ewlieni li twassal mill-Perit David Xuereb li kien rapporteur tal-workshop bit-tema ‘Malta kif nafuha u Malta li rridu ngħixu fiha’. Dan hekk kif il-Ħadd filgħodu saret it-tieni sessjoni tal-Konvenzjoni Nazzjonali, li infetħet minn Mark Anthony Sammut.
F’dan il-workshop, kien spjegat li l-parteċipanti elenkaw kiemm huma kburija li l-Maltin huma bieżla, li Malta għandha kultura impekkabbli, bl-ospitalità u l-fatt li għandna element ta’ familja b’saħħitha ħafna.
Għalhekk dan il-workshop ikkonkluda li sabiex dawn l-affarijiet jibqgħu realtà, għandhom:
- Jinfetħu l-għasses kollha tal-Pulizija
- Li pajjiżna jkun aktar iddixxiplinat
- Li jsiru labour market tests aċċessibbli
- traffic management bl-użu ta’ teknoloġija
- użu tal-ferries bil-pre booking
- remote working
- shared mobility
- ħoss immaniġjat
- carrying capacity studies
- immaniġjar tal-iskart, fosthom li jinġabar bil-lejl
- Bankini aċċessibbli u sigurà
Dawn kienu biss ftit mill-proposti li tressqu ‘l quddiem, hekk kif dan il-gupp spjega li l-Maltin iridu politika li tipprovdi riżultati, impatt u mhux intenzjoni, b’soluzzjonijiet li jagħmlu effett u mhux biss xewqat.
Politika li tista’ toffri soluzzjoni, kredibbli u politika li tista’ tkun fdata.






