Lokali

Jispiċċa l-isptar wara li mutur laqat persuna li kienet qed taqsam it-triq

Net News jinsab infurmat li persuna spiċċat rikoverata l-Isptar Mater Dei wara li intlaqtet minn mutur.

Il-każ seħħ aktar kmieni llum, fin-niżla li twassal lejn ir-roundabout tal-Kappara.

Fil-post marru Pulizija, kif ukoll ambulanza b’tim mediku li ta l-ewwel għajnuna.

Skont sorsi li tkellmu magħna, din il-persuna kienet qed taqsam it-triq meta intlaqtet mill-mutur.