Lokali

L-eks Prim Ministru Slovakk Mikulas Dzurinda jisħaq li Alex Borg għandu jkun il-Prim Ministru li jmiss

“Irridu mexxejja lesti għal futur – hu Malta għandha għażla sabiex tmur lejn il-futur b’enerġija żgħażugħa – Għalekk il-Prim Ministru li jmiss ser ikun żgħażugħ ta’ 31 sena – Alex Borg”

Saħaq dan l-eks Prim Ministru tas-Slovakkja Mikulas Dzurinda, dan hekk kif indirizza l-Konvenzjoni Nazzjonali imtella’ mill-Partit Nazzjonalista.

L-eks Prim Ministru Slovakk li lura fl-2004 daħħal lill-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea, sostna li l-politiċi tal-lum iridu jqiegħdu fiċ-ċentru l-ħtiġijiet tal-familji, politika li twassal proġetti li jgawdi minnhom kulħadd, politika li tissarraf f’garanzija għal futur.

Hu saħaq li Malta huwa nazzjon f’qalbu; mgħaġun b’poplu uniku u b’politiċi ta’ kalibru. Kien għaw fejn semma’ lil Eddie Fenech Adami u l-viżjoni tiegħu għal Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dzurinda semma’ wkoll il-ħidma tiegħu ma’ Lawrence Gonzi fil-passat fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Mikulas Dzurinda sellem wkoll lil Roberta Metsola u rrikonoxxa l-ħidma importanti tagħha fil-kontinent Ewropew.

L-eks Prim Ministru Slovakk tkellem fuq l-isfidi tal-Unjoni Ewropea tul is-snin, minn gwerer sa kriżijiet ekonomiċi, u kien għaw fejn saħaq fuq l-importanza li tul dawn il-kriżijiet ikollna mexxejja li jħarsu biss l-interess nazzjonali u mhux l-interessi tagħhom.

Intant huwa tkellem fost l-oħrajn dwar kif l-Ewropa trid tfittex triq ‘il quddiem rigward il-Gwerra fil-Lvant tagħha, fuq l-immigrazzjoni illegali, u fuq id-difiża tagħha stess – Dan waqt li fi ħdan l-Unjoni Ewropea ħidma favur iċ-ċittadini hija essenzjali.

Huwa għalaq billi appella għal kuraġġ sabiex jinbidlu l-affarjiet, u biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ widnejh mal-poplu – b’Kap li lest jieħu lil dan il-pajjiż fil-qabża li jmiss.