“F’pajjiżna għandna bżonn żvilupp sostennibbli, li jindirizza l-bżonnijiet tal-komunitajiet, immaniġjar tal-infrastruttura u li l-għan aħħari tal-iżvilupp ikun il-kwalità tal-ħajja”.
Kienet din il-konklużjoni ewlenija li ħarġet mill-workshop ‘Komunitajiet b’saħħithom’ ippreżentata mir-rapporteur, il-Perit Jacques Borg Barthet.
Illi spjega li l-aktar kelma li ntużat kienet “bilanċ”.
Il-bilanċ bejn bini u spazji pubbliċi, residenzi ġoidda u nuqqas ta’ parkeġġ, bejn it-tpdid u l-konservazzjoni tal-bini, bilanċ bejn il-popolazzjonijiet li jgħixu fil-komunitajiet u fil-mod li nindirizzaw it-tibdil fil-klima.
F’dan il-workshop ħareġ ukoll il-bżonn tal-Kunsilli Lokali li mhumhiex biss ‘complaint centres’ imma ċentri tal-komunità u politika tal-lokal.
Kunsilli Lokali jkollhom it-taħriġ u anke l-finanzi li se jwasslu sabiex ikollhom poteri akbar, sabiex iwettqu l-istudji li huma meħtieġa.
Madanakollu, r-rapporteur spjega li l-pjanar għandu jifhem id-differenzi bejn il-lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex u li jifhem il-bżonnijiet sabiex jitfassal żvilupp li huwa sostenibbli għal-lokalitajiet.
Kien anke propost fosta ħafna oħrajn:
- bini ġdid għall-arkivji nazzjonali
- housing li mhux biss qliegħ ekonomiku
- l-appelli tal-ippjanar jiġu deċiżi f’sitt xhur u li ma jibdiex żvilupp qabel ma jingħalaq l-appell
- li jkun hemm aktar għarfien dwar is-sigurtà
- nies imħarġin fis-sigurtà
- li jiġi ntrodott public safety officer għal kull reġjun
Dan il-workshop spjega kif il-kelma bilanċ mhux kwistjoni ta’ qsim f’dan ir-rigward imma anzi kif l-ambjent u l-iżvilupp jiġu meqjusa flimkien u li għandhom jinżammu f’bilanċ.
Huwa spjega li l-politika għandha twassaln għal ambjent immaniġġjat u anke f’komunitajiet li huwa possibbli li tgħix b’mod sigur u sostenibbli.




