Lokali

Lisa Gauci hija r-rebbieħa ta’ X-Factor Malta

Ir-rebbieħa ta’ X-Factor 2026, hija Lisa Gauci.

Din mhux l-ewwel darba li Gauci pparteċipat, hekk kif propju ftit tas-snin ilu hija kienet anke waslet sal-finali.

Gauci sfat rebbieħa bil-vot tal-pubbliku, hekk kif il-finali tas-Sibt kien biss bis-sehem tal-pubbliku u mhux tal-ġurija.

Madanakollu, waqt is-serata kienu wkoll preżenti numru ta’ rebbieħa tas-snin preċedenti sabiex taw il-prestazzjoni tagħhom mal-parteċipanti ta’ din is-sena.