Lokali

Raġel u mara jweġġgħu gravi wara inċident fil-Gżira

Raġel u mara weġġgħu gravi wara inċident li kellhom fi Triq Mikiel Anton Vassalli l-Gżira.

Kienu għall-ħabta tat-7:45am meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li seħħ bejn mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Fgura u mara ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar li kienet qed taqsam din it-triq.

Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza li ħadet lil dawn iż-żewġ persuni l-Isptar fejn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.