Lokali

“Alex Borg huwa t-tama u l-ġejjieni ta’ Malta b’politika msejsa fuq it-tama u l-kuraġġ”

“Alex Borg huwa t-tama u l-ġejjieni ta’ Malta”

Hekk iddikjaraw l-Eks Prim Ministru tas-Slovakkja Mikulas Dzurinda u s-Segretarju Ġenerali tal-EPP Dolors Montserrat f’kummenti li taw lil Net News fl-għeluq tal-Konvenzjoni Nazzjonali li saret fil-lukanda Excelsior.

Bis-Segretarju Ġenerali tal-EPP tkellimna dwar l-importanza u l-unur li tkun preżenti f’Malta għal din il-Konvenzjoni Nazzjonali.

Hi tkellmet ukoll dwar il-proposti tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg; fosthom fuq is-saħħa mentali, l-edukazzjoni u t-trasport pubbliku li huma ta’ benefiċċju għall-poplu Malti u Għadwxi kollu.

Montserrat wasslet messaġġ ta’ tama u kuraġġ għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg,  biex ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu u jkompli jisma’ lill-pubbliku  kollu. 

Gvern li jwassal viżjoni fit-tul huwa Gvern li jisma’ l-polz tal-poplu, li verament jagħti każ x’inhuma l-isfidi u l-ħtiġijiet tal-familji. U jattwa b’serjetà deċiżjonijiet li jħallu effetti tajbin fuq il-preżent u l-futur.

F’kummenti li ta’ lil dan l-istazzjon, l-Eks Prim Ministru tas-Slovakkja Mikulas Dzurinda faħħar il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u l-ambizzjonijiet li għandu għall-poplu Malti u Għawdxi; bħalma dejjem kellu.

Huwa fakkar li kien grazzi għall-viżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista li llum Malta tinsab imsieħba fl-Unjoni Ewropea. U huwa biss b’deċiżjonijiet ta’ kuraġġ li l-familji Maltin u Għawdxin jistgħu jkollhom it-tama għal ġejjieni aħjar.

Apparti dawn iż-żewġ mistiedna speċjali kien hemm ukoll messaġġ virtwali li twassal mill-Prim Ministru tal-Kroazja Andrej Plenkovic, kif ukoll mill-President tal-EPP Manfred Weber – li wkoll awguraw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għax-xogħol li qed issir mill-Partit Nazzjonalista.

Fuq kollox, din il-Konvenzjoni ġibdet l-interess ta’ bosta persuni ġejjin minn kull faxxa tas-soċjetà, kif ukoll familji, ħaddiema, unions, għaqdiet u korpi kostitwiti.