Andrew Mountbatten Windsor għamel spejjeż eċċessivi fil-vjaġġi tiegħu kif ukoll għal servizzi ta’ massages, minn fuq dar it-taxxi taċ-ċittadini – dan meta kien rappreżentant tal-kummerċ tal-Ingilterra.
Dan qalu whistleblower li kien uffiċjal pubbliku u li issa huwa rtirat. Hu kien jaħdem fid-dipartiment tal-kummerċ fil-bidu tas-sena 2000. Jiftakar li darba irrifjuta li jħallas dawn is-servizzi tal-massages, imma mbagħad is-superjuri tiegħu ma tawhx raġun u aċċċettaw li jħallsu.
Dan il-whistleblower qal dan lill-BBC, li dawn talbiet kien għamilhom Andrew wara li kien għamel vjaġġ fil-Lvant Nofsani.
Id-Dipartiment tal-Kummerċ qatt ma wissa lil Andrew fiż-żmien meta kien rappreżentant tal-Kummerċ bejn is-snin 2001 u 2011, iżda issa dan ġie referut lill-investigazzjoni li qiegħda tagħmel il-pulizija fuq Andrew meta kien prinċep.
Andrew ma kienx jitħallas meta kien bħala rappreżentant tal-kummerċ, iżda kellu s-sapport tal-uffiċjali pubbliċi u l-fondi tat-taxxi taċ-ċittadini għall-vjaġġi tiegħu barra mill-Ingilterra.
Dan l-uffiċjal pubbliku li issa huwa rtirat qal li hekk kif bdew joħorġu r-rivelazzjonijiet ta’ Epstin files, li kien jaħdem f’dak li kien id-Dipartiment tal-Kummerċ u Investiment, issa qal li jiddispjaċih, li ħalla lil Andrew jitħallas tal-ispejjeż għal massages. Hu kompla jgħid li forsi dak kien żmien opportun biex wieħed jikkontrolla l-imġieba tiegħu.
“Mhux neċessarjament li konna inwaqqfuh milli kien qieħged jagħmel, imma stajna niġbdu l-attenzjoni li kien hemm xi ħaġa ħażina għaddejja!
Sors ieħor, uffiċjal anzjan tal-Whitehall, kompla jikkonferma din l-akkuża. Dan l-uffiċjal, li kien jirrevedi l-finanzi, jgħid li kellu spejjeż simili għall-vjaġġi ta’ Andrew, u qal li ma kellu ebda dubju fuq l-awtenċitità tal-whistleblower.
Iż-żewġ uffiċjali pubbliċi xtaqu li jibqgħu anonimi, imma t-tnejn li huma tkellmu mal-BBC fuq id-dikjarazzjonijiet tagħhom.
Minkejja li l-BBC ma ratx prova ta’ dan il-ħlas tal-massages ta’ Andrew li għamel fil-vjaġġi tiegħu tul l-20 sena li għamel bħala rappreżentat fid-Dipartiment tal-Kummerċ, madankollu l-BBC rat l-evidenza dokumentata tal-whistleblowers li ħadmu qrib ħafna f’dan il-qasam tal-kummerċ.



