Internazzjonali

L-attur promettenti Robert Aramayo jirbaħ il-BAFTA għall-aqwa attur

Il-Brittaniku Robert Aramayo rebaħ il-premju għall-aqwa attur waqt is-serata tal-BAFTAs, fejn għeleb lil attturi popolari ta’ Hollywood Timothée Chalamet u Leonardo DiCaprio.

Aramayo ingħata dan il-premju prestiġġjuż għall-prestazzjoni tiegħu fil-film “I Swear”, fejn interpreta lil John Davidson.

Robert Aramayo, li għandu 33 sena, rebaħ ukoll ir-rising star award, ivvutat għalih mill-pubbliku – u il-film li ħadem fih ġabar BAFTA award anke għall-casting.

F’diskors emozzjonanti, Aramayo rringrazzja lil missieru u lin-nominat Ethan Hawke.

Hu stqarr li ma setgħax jemmen li rebaħ dan il-premju.

Fl-istess serata, l-attriċi Irlandiża Jessie Buckley ingħatat l-unur bħala l-aqwa attriċi għall-prestazzjoni tagħha f’Hamnet – fejn ħadmet flimkien ma’ Paul Mescal li ħadem il-parti ta’ Shakespeare.

Il-film jirrakkonta l-istorja tal-mewt ta’ binhom, Hamnet minħabba l-pesta, u kif Shakespeare ġie ispirat biex jikteb Hamlet.


Il-film tad-direttur Paul Thomas Anderson, One Battle After Another, kien l-akbar rebbieħ tas-serata. Tant li rebaħ sitt BAFTAs – inkluż l-aqwa film, l-aqwa direttur, u l-aqwa supporting actor għal Sean Penn.

Sinners ukoll rebaħ tliet premjijiet inkluż l-aqwa supporting actor għal Wunmi Mosaku.

Il-film Frankenstein ukoll rebaħ tliet BAFTAs.

Il-Prinċep William, li huwa l-president tal-BAFTAs, attenda għal din iċ-ċerimonja fir-Renju Unit flimkien ma’ martu Kate Middleton. Preżenti wkoll diversi personalitajiet fosthom Emma Stone u Kate Hudson, Little Simz, Stormzy u Jessie Ware kif ukoll Kylie Jenner.