Meta tkompla il-Malta Veterans Premier League, Floriana kkonfermaw l-intenzjonijiet tagħhom li jisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat meta għelbu lil Hibernians bl-iskor kbir ta’ 14-1, bi ħdax il-gowl skorjati fit-tieni taqsima.
Għal Floriana Manolito Micallef skorja erba’ gowls, Ryan Darmanin skorja tilet gowls, Firas Aboulezz u Diego Fernando Pereira skorjaw darbtejn kull wieħed filwaqt li Dylan Grima u William Camenzuli gowl kull wieħed.
Beppe Antignolo skorja l-gowl ta’ Hibernians.
Referee kien Paul Apap.
B’din ir-rebħa, Floriana baqgħu punt taħt il-leaders Malta Football Players Association li min-naħa tagħhom għelbu liċ-champions Gżira Veterans 5-3.
Stanimir Miloskovic skorja tliet gowls filwaqt li George Frendo u Mark Barbara skorjaw gowl kull wieħed filwaqt li għal Gżira Veterans Ian Zammit skorja darbtejn flimkien ma’ gowl minn Zvezdan Vukovic .
Referee kien Gordon Barbara.
Rabat Veterans għelbu 6-2 lil Luxol St Andrew’s fejn Adam Smeir skorja tliet gowls filwaqt li Andre Scicluna, Andy Mangion u Timothy Zammit skorjaw gowl kull wieħed.
Għal Luxol skorjaw Dylan Musu u Gary Inguanez .
Referee kien Paul Apap.
Żurrieq Wolves kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 5-2 fejn Alex Muscat skorja żewġ gowls u Jurgen Mifsud, Beppe Muscat u Kevin Vella gowl kull wieħed. Roderick Briffa skorja l-uniċi żewġ gowls għal Birkirkara.
Referee kien Gordon Barbara.
//= $special ?>

